Il-Prinċep Harry u Meghan Markle se jkunu qed jiżżewġu f’Windsor Castle f’Mejju li ġej.
Il-Famila Rjali se tkun qed tħallas għat-tieġ, dan jinkludi l-mużika, il-fjuri, il-quddiesa, u anke r-riċeviment ta’ wara t-tieġ.
Markle li għandha 36 sena hi ta’ twemmin protestant u se tkun qed tiġi mgħammda u kkonfermata bis-sagrament tal-Ispirtu s-Santu qabel iż-żwieġ.
Il-Prinċep Harry huwa l-ħames eredi għat-tron, u la jiżżewweġ se jkun qed jgħix flimkien ma’ martu f’Nottingham Cottage fil-Palazz Kensington f’Londra.Il-koppja, Harry ta’ tnejn u tletin sena u Meghan tliet snin ikbar, iltaqgħu l-ewwel darba f’Lulju tas-sena l-oħra, u bdew joħorġu flimkien erba’ xhur wara.
Il-Prinċep Harry qal li kellu l-barka tal-ġenituri ta’ dik li fix-xhur li ġejjin se tkun martu.
Miegħu ngħaqdet il-koppja Rjali William u Catherine; li jinsabu eċitati għalihom u kuntenti li jistgħu jixhdu l-ferħ li taw lil xulxin fil-vjaġġ ta’ kemm ilhom flimkien.
Bħal Harry, Meghan ukoll ġiet Malta meta mmudellat għar-rivista Elle, fejn kienet qalet kemm għoġbuha l-gżejjer Maltin u t-tradizzjonijiet li jġibu magħhom.