Pulizija Franċiż qatel tliet persuni fi triq viċin Pariġi, apparentament f’tilwima domestika, qabel ma qatel ukoll lilu innifsu.
Is-sieħba tiegħu, kif ukoll ommha u oħtha, ġew midruba fl-inċident, li seħħ is-Sibt filgħaxija fil-belt ta’ Sarcelles.
Skont il-gazzetta Franċiża Le Monde, bl-arma tas-servizz tiegħu l-uffiċjal l-ewwel qatel żewġ persuni li kienu għaddejin fit-triq, mbagħad dar fuq missier is-sieħba tiegħu.
Is-sindku ta’ Sarcelles, fit-tramuntana ta’ Pariġi, qal li l-mara kienet qalet lill-pulizija li kienet se twaqqaf ir-relazzjoni tagħha miegħu.
Il-pulizija ta’ 31 sena mbagħad spara lis-sieħba tiegħu f’wiċċha, waqt li din kienet bil-qiegħda f’karozza, skont l-aħħar rapporti.
Huwa spara wkoll fuq ommha, missierha u oħtha, qabel ma dawwar il-pistola fuqu innifsu.
Il-ġisem tiegħu nstab fil-ġnien ta’ quddiem ta’ dar fil-qrib.