Il-partit tal-gvern taż-Żimbabwe Zanu-PF neħħa lil Robert Mugabe mit-tmexxija tiegħu.
Minflok Mugabe, inħatar l-eks-viċi-president Emmerson Mnangagwa – imkeċċi mis-Sur Mugabe ġimgħatejn ilu – bħala mexxej.
It-tkeċċija tas-Sur Mnangagwa wasslet għal katina ta’ avvenimenti straordinarji fil-pajjiż, hekk kif il-militar intervjena biex iwaqqaf lis-Sur Mugabe, ta’ 93 sena, milli jpoġġi lil martu Grace f’postu.
Għexieren ta’ eluf attendew għall-protesti fit-toroq tul il-jum tas-Sibt biex juru n-nuqqas ta’ qbil tagħhom mat-tmexxija tal-Mugabes.
Is-Sur Mugabe huwa mistenni jiltaqa’ mal-mexxejja militari aktar tard illum.