Papa Franġisku laqgħa lill-fqar, persuni mingħajr dar u qiegħda bħala mistednin tal-unur għal quddiesa u ikla kbira li saru fil-Vatikan aktar kmieni dalgħodu, filwaqt li qal li l-għajnuna lejn dawk fil-bżonn hija mod kif wieħed jista’ jkollu “passaport għall-ġenna”.
Voluntiera minn organizzazzjonijiet tal-karità ġabu madwar 7,000 persuna fil-bżonn fil-Bażilika ta’ San Pietru għal quddiesa speċjali ċċelebrata mill-Papa, li għamel id-difiża tal-foqra, l-immigranti u dawk l-aktar mgħakksa punt kruċjali tal-papat tiegħu.
Il-biċċa l-kbira tan-nies fil-bżonn kienu minn Ruma u partijiet oħra tal-Italja iżda xi għaqdiet tal-karità ġabu wkoll gruppi minn Franza, Spanja, il-Ġermanja u l-Polonja.
“Jekk fl-għajnejn tad-dinja huma (il-foqra) għandhom ftit valur, huma dawk li juruna t-triq lejn is-sema; huma “passaport tagħna għall-ġenna”. Għalina huwa dmir evanġeliku li nieħdu ħsiebhom …, “qal fl-omelija tiegħu.
“Alla mhux se jsaqsina jekk ħassejniex ħasra, imma jekk għamilniex xi ħaġa tajba,” qal Franġisku.