LOC8: l-app li se sservi ta’ pont bejn il-konsumatur u n-negozjant – One News

Notifiki

LOC8: l-app li se sservi ta’ pont bejn il-konsumatur u n-negozjant

Hekk kif resqin lejn il-festi tal-Milied, żmien festiv, li matulu jiżdied mhux ftit ix-xiri tar-rigal lill-għeżież tiegħu, tnidiet app li se tkun qed tagħmel il-ħajja tax-xerrejj ferm aktar faċli.

L-app, bl-isem ta’ LOC8, se sservi ta’ pont bejn il-konsumatur u n-negozjant hekk kif se tgħarraf lix-xerrej x’negozji għandu madwaru, jekk humiex miftuħin, u x’tip ta’ oġġetti jbigħu.

Rodney Testa, wieħed mill-fundaturi, assigura li l-konsumatur se jibbenefika minn dettalji korretti u attwali.

It-tnedija saret f’ċentru kummerċjali f’Tas-Sliema, lokalità li tiġbed lejha eluf ta’ Maltin għax-xiri.

Ix-xogħol fuq din l-app dam għaddej madwar sentejn li matulhom il-fundaturi Rodney Testa u Alexia Mallia ltaqgħu għal diversi drabi mal-Gvern, biex jiksbu l-għajnuna neċessarja.

Minkejja li l-app għadha kif tnediet, kienu bosta n-negozji li wrew interess li jkunu parti minn dan il-prġett innovattiv. Fosthom Christoper Sciberras negozjant li kien minn tal-ewwel li ssieħeb ma’ Loc8.

Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona, u s-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali, Silvio Schembri faħħru x-xogħol li sar fuq din l-app u saħqu li se jaħdmu, biex iktar imprendituri jkollhom opportunitajiet bħal dawn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend