Ir-riċerkatriċi Dr Christine Muscat studjat kif xi nisa f’Malta fis-seklu tmintax kienu jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-prostutuzzjoni u se tkun qed taqsam aktar informazzjoni dwar dan f’taħdita pubblika li se tittella’ nhar il-Ġimgħa, l-1 ta’ Diċembru fil-Mużew Marittimu, il-Birgu.
Ma kinitx ħajja faċli, iżda skont kif juru dokumenti mill-imgħoddi, lanqas ma kienet waħda ta’ kruha u dwejjaq biss.
Dak li fi żmien l-Ordni kien jissejjaħ publico commercio delle meretrici kienet attivita’ ekonomika marbuta intrinsikament mal-ħajja madwar il-Port il-Kbir.
Il-Gran Mastru bħala il-mexxej ta’ Malta ta’ dak iż-żmien, kien jipprova jżomm l-ordni pubblika bil-pubblikazzjoni ta’ xi regolamenti minn żmien għal żmien, iżda dawn in-nisa kienu spiss isibu modi kif iduru mal-liġijiet.
Din it-taħdita pubblika qed tiġi organizzata mis-Soċjeta Storika tal-Università ta’ Malta
(MUHS) nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Diċembru 2017, fis-6:30pm fil-Mużew Marittimu, l-Birgu.
L-attivita’ hija miftuħ għall-pubbliku kollu, u tintalab donazzjoni żgħira lil dawk li jattendu.
Għal aktar dettalji tista’ iżżur il-paġna ta’ Facebook: https://www.facebook.com/events/358671041245793.