Lejl movimentat fil-White Rocks – One News

Notifiki

Lejl movimentat fil-White Rocks

Kienet lejla impenjattiva għal aktar minn tletin volontier tas-Socjeta tas-Salib l-Aħmar. Minkejja li dawn il-voluntiera jirċievu taħriġ regolari, kull numru ta’ xhur jiġi organiżżati simulazzjoniet differenti sabiex ikunu jistgħu ikomplu jkabbru u jevalwaw il-kapaċitajiet tagħhom.

Din id-darba il-post magħżul kien il-kumpless tal-White Rocks fejn ġiet armata klinika u control room sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jirċievu l-kura neċessarja. Intant numru ta’ timijiet għamlu tfittxija ġol-binja fejn assistew numru mdaqqas ta’ pazjenti.

Id-Direttur tas-Soċjeta, Robert Brincau sostna ma one.com.mt li eżerċizzji bħal dawn huma importanti ħafna għax bis-saħħa tagħhom ikunu jistgħu jiġu identifikati u ratifikati problemi jistgħu jinqalgħu f’ każijiet reali. Eżerċizzji hekk ikomplu jghaqqdu it-timijiet ta’ volontiera flimkien u jippreparawhom għal inċidenti reali li jistgħu jinqalgħu. Brincau semma wkoll il-fatt li din is-simulazzjoni ġiet organizzata matul il-lejl kompliet izzid l-isfidi affaċjati mill-voluntiera. Brincau temm billi rringrazzja lill-Forzi tal-Ordni u lid-Dipartiment tas-Saħħa għas-sosten tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend