Notifiki

Nathan Lee Xuereb jirbaħ il-bronż waqt il-Pre-Commonwealth Gold Coast fl-Awstralja

Fi stqarrija s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima feraħ lil Nathan Lee Xuereb li rebaħ il-midalja tal-bronż waqt il-Pre Commonwealths Double Trap Event fil-Gold Coast, l-Awstralja.

Clifton Grima qal li dak li rnexxielu jikseb Nathan Lee Xuereb hu ta’ awgurju u ta’ kuraġġ għall-futur ta’ aktar tiraturi Maltin meta jiġu biex jirrappreżentaw lil Malta barra mill-pajjiż.

Iż-żewġ tiraturi Maltin, Nathan Lee Xuereb u William Chetcuti, irnexxielhom jikkwalifikaw għall-istadji finali. Nathan Lee Xuereb irnexxielu jikseb total ta’ 139 punt minn 150 punt filwaqt li William Chetcuti spiċċa fil-ħames post.

Jason Sciberras ħa sehem fl-iskeet filwaqt li Brian Galea u Paul Formosa se jkunu qed jisparaw fl-avvinement tat-trap. Dawn qed ikunu assistit mill-coach tal-MSSF Jimmy Bugeja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend