Dr Michelle Castelletti, waħda mill-organizzaturi ta’ kunċert li ngħad li kien se jittella’ l-Ġimgħa li ġej quddiem il-Parlament biex ifakkar il-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia caħdet b’mod kategoriku li ġiet mhedda b’xi mod jew ieħor wara li ħabbret li kienet se ttella’ dan il-kunċert.
Artiklu fuq is-sit Lovinmalta allega li l-Gvern hedded bl-impjieg lill-mużiċisti li kienu se jieħdu sehem f’dan il-kunċert.
B’reazzjoni, il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici ppubblika email li rċieva llejla minn Dr Michelle Castelletti li fiha ċaħdet b’mod kategoriku l-allegazzjonijiet fl-artiklu.
Il-Ministru Bonnici żied jiċħad b’mod kategoriku li hu, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista jew xi ħadd mit-tmexxija tal-entitajiet kulturali pubbliċi ewlenin hedded direttament jew indirettament lil xi mużiċist milli jieħu sehem f’kunċert jew manifestazzjoni mużikali b’rabta mal-memorja tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia.
One News qiegħed jippubblika l-email mibgħuta minn Dr Castelletti lill-Ministru Owen Bonnici.
Dear Hon Bonnici,
This is what I have just posted on Lovin’ Malta who issued the article in the first place.
– – –
“I have not been threatened in any way, shape or form – far from it – and I refuse to be used as a pawn in a political game.
It is with a saddened heart and immense disillusionment in society that I am hereby cancelling what was supposed to be a “silent” demonstration of unity, where music was to speak instead of words.
My sincerest gratitude and apologies to Arts Council Malta, who could not have been more supportive.”
– – –
I am truly sorry and cannot apologise enough.
Michelle