Il-Partit Nazzjonalista ma weġibx minnufih dwar proposta tal-Gvern biex dibattitu fuq l-istituzzjonijiet jsir fl-ewwel seduta li jmiss, li hija nhar it-Tnejn li ġej.
L-għada ta’ protesta fil-Belt, il-parlament iltaqa’ filgħodu u l-oppożizzjoni nazzjonalista ma talbitx diskussjoni dwar dak li seħħ il-Ħadd. Iżda, imbagħad wara nofsinhar l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia u l-whip David Agius marru jgħidu li b’mod urġenti jridu jiddiskutu l-istituzzjonijiet.
Iżda, meta l-Ġimgħa filgħodu fil-kumitat tax-Xogħol tal-Kamra l-Gvern mar jitlob li jsir dibattitu nhar it-Tnejn li ġej, David Agius ma kienx kapaċi jgħid li jaqbel anke jekk nhar it-Tnejn kien qed jgħid li dan hu urġenti. Issa qal li se jagħti risposta iktar tard.