L-armla tas-suldat Amerikan mejjet qalet li Donald Trump ma jistax jiftakar l-isem ta’ żewġha meta ċempel biex joffri l-kondoljanzi tiegħu.
Myeshia Johnson, l-armla ta’ La David Johnson, qalet li t-ton ta’ Trump bikkiha iżda l-President Trump qal li uża l-isem tas-suldat bla problema u ddeskriva l-konversazzjoni bħala rispettuża ħafna.
Johnson inqatel ix-xahar li għadda, f’Niger minn militant islamiċi.
It-telefonata ta’ kondoljanzi ta’ Trump ħolqot kontroversja l-ġimgħa li għaddiet wara li ġie akkużat b’insenssitivita.