Ir-riżultati tan-negozjati ta’ Brexit jiddependu mir-Renju Unit.
Dan saħqu l-president tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk li fil-parlament ewropew qal li r-Renju Unit se jiddetermina jekk kienx hem ftehim tajjeb, l-ebda ftehim jew inkella l-ebda Brexit.
Huwa saħaq li jrid ikun ċert li s-sebgħa u għoxrin pajjiżi l-oħra fl-Unjoni Ewropea jibqgħu magħquda.
Tusk fisser kif it-tluq tar-Renju Unit huwa l-aktar test iebes għall-Unjoni Ewropea u li jeħtieġ li jkun xi jkun ix-xenarju, jkun protett l-interess komuni.
Nhar it-Tnejn, Theresa May qalet lill-membri parlamentari li kellha ċertu livell ta’ kunfidenza li sa Diċembru jsir biżżejjed progress biex jinbdew it-taħdidiet kummerċjali.