Għexieren ta’ persuni nqatlu mill-Istat Islamiku fis-Sirja ftit qabel ma ttieħdet taħt idejn l-armata Sirjana s-Sibt li għadda.
L-Osservatorju Sirjan fir-Renju Unit għad-Drittijiet tal-Bniedem qalu li minn tal-inqas 116-il persuna nqatlu fit-tliet ġimgħat li Qaryatain kienet fil-kontroll tal-jihadists.
Bosta minnhom inqatlu b’tir jew b’daqqiet ta’ sikkina mill-IS.