James Toback, Direttur f’Hollywood, qed ikun akkużat minn 40 mara fuq akkużi relatati ma’ fastidju sesswali.
Ġurnal barrani qal kif 31 minn nisa tkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom, li jmorru lura sa 30 sena.
Toback ċaħad dawn l-allegazzjonijiet u qal li hu qatt ma ltaqa’ man-nisa li akkużaw u jekk iva, iltaqgħu biss “għal ħames minuti u lanqas niftakar.”
In-nisa li ġew intervistati mill-ġurnal akkużaw lil Toback, li għandu 72 sena, li għamel atti indiċenti quddiemom, li staqsa mistoqsijiet mhux xierqa dwar atti sesswali.
Toback qal li għal dawn l-aħħar 22 sena, kien impossibbli għalih biex jaġixxi b’dan il-mod u dan għax għandu kundizzjoni f’qalbu u għandi d-dijabete.