Vettura “suspettuża” ntlemħet ftit qabel il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia – One News

Notifiki

Vettura “suspettuża” ntlemħet ftit qabel il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Vettura “suspettuża” li ntlemħet lil’hinn mix-xena tar-reat, żona fejn wieħed jista’ jara b’mod ċar il-post fejn seħħet l-isplużjoni li qatlet lill-blogger Daphne Caruana Galizia, qed titqies bħala sors importanti li tagħti aktar dawl fuq dan id-delitt. Dan skont x’qed jiġi rrappurtat mill-ġurnal Times of Malta. 

Il-ġurnal spjega kif din l-istess vettura jaf kienet qed tintuża mill-persuna li sploda l-vettura permezz tal-użu ta’ apparat splussiv. Huma sostnew li l-vettura ntlemħet mill-bogħod, ipparkjata f’triq qalb l-għelieqi minn binjiet li kienu fil-qrib u qajmet suspett fost is-sewwieqa.

Iż-żona fejn il-vettura ntlemħet ngħalqet mill-Pulizija fejn qed issir investigazzjoni minn tim forenżiku.

Sorsi qalu lit-TOM li sigaretti u kif ukoll oġġetti oħra li qed jitqiesu bħala evidenza nġabru miż-żona u se jkunu qed isiru testijiet tad-DNA.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend