Tilef ħajtu l-kelb li kmieni dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr.
Dan wara li żewġ xufiera spiċċaw l-isptar wara li vettura minnhom ippruvat tevita kelb li kien qed jaqsam it-triq fil-bypass tal-Imġarr.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tas-7:00 fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr, Malta.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħ
impatt bejn karozza tat-tip Toyota Tercel misjuqa minn raġel ta’ 30 sena, residenti l-Għarb
u vettura tal-għamla Mitsubishi L200 misjuqa minn raġel ta’ 57 sena residenti x-Xewkija.
Ġuvni ta’ 25 sena li kien passiġġier fil-Mitsubishi ma` sofra l-ebda ġrieħi, filwaqt li ż-żewġ
xufiera ittieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza minħabba l-ġrieħi li sofrew.
Aktar tard, ir-raġel ta’ 57 sena ġie iċċertifikat li sofra minn ġrieħi ħfief, filwaqt li dak ta’ 30
sena sofra ġrieħi gravi.
Fuq il-post issejħet ukoll ambulanza tal-annimali minħabba l-fatt li f’dan l-incident kien
hemm kelb li safa ferut waqt li kien qed jaqsam iżda sfortunatament, miet fuq il-post.
L-investigazzjoni dwar dan l-inċident għadha għaddejja.