Notifiki

Cruise liner jibda jżewweġ koppji tal-istess sess bil-liġi Maltija

Permezz tal-liġi tal-Ugwaljanza fiż-Żwieġ bejn kopji tal-istess sess, kaptani ta’ vapuri jistgħu jiċċelebraw huma stess dawn iċ-ċeremonji.

Il-kumpanija Amerikana tal-cruise liners Celebrity Cruises se tkun l-ewwel li qed toffri din l-opportunità fl-ibħra internazzjonali.

Barbara Whitehall direttur ta’ The Wedding Experience li taħdem mal-vapur qalet li huma kuntenti li din il-liġi ġdida ta’ Malta tiftaħ l-ugwaljanza taż-żwieġ għal kulħadd u għal dawk kollha li jbaħħru ma’ Ċelebrity Cruises waqt li jkunu f’ibħra internazzjonali.

Permezz ta’ tweet il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li din hija kisba oħra għall-Malta, fejn l-ugwaljanza se tkun qed tittieħed madwar id-dinja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend