Raġel Taljan ħati ta’ stupru jikkontesta l-estradizzjoni wara li ġie arrestat f’Malta – One News

Notifiki

Raġel Taljan ħati ta’ stupru jikkontesta l-estradizzjoni wara li ġie arrestat f’Malta

Raġel imfittex fl-Italja sabiex iservi sentenza ta’ priġunerija ta’ sitt snin ġie arrestat f’Malta wara twissija internazzjonali urġenti maħruġa mill-awtoritajiet Taljani. 

Ir-raġel Alessandro Ponti minn Rogno, residenti Marsaskala, tressaq il-Qorti dalgħodu.

Il-Prosekuzzjoni qalet lill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo li Ponto ġie arrestat f’Marsaskala il-Ħamis wara nofsinhar wara li l-Qorti fi Brescia ħarġet twissija internazzjonali permezz tas-Sistemà t’Informazzjoni tas-Schengen, tinforma lill-forzi tal-pulizija fl-Ewropa li r-raġel kien riċerkat.

Ir-raġel nstab ħati ta’ stupru, vjolenza domestika u attentat ta’ qtil tas-sieħba tiegħu meta’ dan stuprha fil-preżenza tat-tfal tagħha li kienu reqdin.

Il-Prosekuzzjoni talbet lill-Qorti sabiex tiproċedi bl-estadizzjoni tar-raġel ta’ ħamsa u erbgħin sena.

Il-Qorti spjegat lill-Ponti li kellu żewġ possibilitajiet: li jaċċetta li jmur lura l-Italja jew li jikkontesta l-estradizzjoni.

Huwa kien infurmat li kien imfittex sabiex iservi ħames snin, 11-il xahar u għaxart ijiem fil-ħabs u li jekk jaċċetta jiġi ritornat lura l-Italja wara perjodu ta’ għaxart ijiem fejn jingħata f’idejn l-awtoritajiet Taljani.

Ponti m’aċċettax u d-difiża spjegat li  huwa ma kienx assistit bl-aħjar mod minn avukat fil-proċeduri li sabuh ħati.

Huwa ma talabx għall-ħelsien mill-arrest. Il-każ għall-estradizzjoni se jkompli jinstema’ nhar it-Tnejn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend