Notifiki

Raġel mill-Kosta tal-Ivorju jammetti li prova juża dokumenti foloz

Raġel mill-Kosta tal-Ivorju li nqabad juża karta’ tal-identità Taljana ffalsifikata, permess tal-ivjaġġar kif ukoll dokumenti oħra wieġeb ħati meta tressaq il-Qorti.

Patrick Ankomah, ta’ 34 sena , wieġeb ħati li kien fil-pussess u volontarjament għamel usu minn dokument falz, iffalsifika dokument tal-imigrazzjoni kif ukoll għamel dikjarazzjoni falza lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Imigrazzjoni.

Huwa tressaq quddiem il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo kmieni dalgħod, fejn ingħata sentenza ta’ sitt xhur priġunerija sospiżi għall-tnax-il xhar.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend