31 mejta fin-nirien fit-Tramuntana ta’ Kalifornja – One News

Notifiki

31 mejta fin-nirien fit-Tramuntana ta’ Kalifornja

In-numru ta’ nies ikkonfermati mejta fin-nirien li qed jaħkmu fit-Tramuntana ta’ Kalifornja tela għal wieħed u tletin, hekk kif l-uffiċjali avżaw li l-kundizzjonijiet jafu jigravaw.

Mijiet ta’ nies għadhom nieqsa hekk kif minn tal-inqas tnejn u għoxrin nar separat qed jaħkmu l-iktar żona famuża tal-inbid fl-istess stat. Iktar minn tmint elef ħaddiem tat-tifi tan-nar qed jagħmlu ħilithom biex jikkontrollaw in-nirien.

Kawża ta’ dan, inqerdu iktar minn tlett elef u ħames mitt binja w dar flimkien ma’ tmienja u sittin elf u tmien mitt ettaru t’ art.

Ħamsa u għoxrin elf persuna kellhom jiċċaqilqu minn darhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend