Irjieħ ikomplu jxerrdu n-nirien fil-Kalifornja – One News

Notifiki

Irjieħ ikomplu jxerrdu n-nirien fil-Kalifornja

Irjieħ  b’saħħithom ġodda qed ikomplu jmexxu n-nirien “katastrofiċi” li diġa’ qatlu mill-inqas 23 persuna fit-Tramuntana ta’ Kalifornja, qal l-kap tat-tifi tan-nar.

Eluf ta’ nies spiċċaw bla dar wara li 22 ħuġġieġa enormi bdew jinfirxu malajr u b’mod mhux mistenni. Kważi 300 persuna ġew irrapportati nieqsa, iżda l-pulizija qalet li dan jista’ jkun minħabba n-natura kaotika tal-evakwazzjonijiet.

Bliet sħaħ f’dan ir-reġjun, li huwa tant magħruf għall produzzjoni tal-inbid,  sfaw abbandunati. In-nirien huma fost l-aktar qattiela fl-istorja tal-Kalifornja u d-duħħan tagħhom wasal saħansitra sal-belt ta’ San Francisco, madwar 60 mil ‘il bod.

Skont il-kap tal-operazzjonjiet tat-tifi tan-nar Ken Pimlott, it-tixrid mgħaġġel tan-nar kien ikkawżat minn bażi ta’ veġetazzjoni xotta ħafna wara li f’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm nixfa qawwija fiż-żona.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *