Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali permezz ta’ stqarrija qed tavża lir-residenti ta’:
Triq il-Miġja tal-Papa, Triq il-Vittmi tal-Gwerra, u Triq iż-Żewġ Mini, fl-Isla li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.
L-avviż ġie ppubblikat ukoll fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta’ Ottubru, 2017, u jidher ukoll fis-sit elettroniku tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.
Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mis-6 ta’ Ottubru, 2017.