Tmien persuni tilfu ħajjithom u numru mhux magħruf jinsabu mitlufin f’nofs ta’ baħar wara li dgħajsa bl-immigranti u dgħajsa tal-Qawwa Navali Tuneżina kellhom impatt f’ibħra Maltin.
Stqarrija maħruġa miċ-Centru Malti għat-Tfitix u Salvataġġ fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta spjegat kif għal xi raġuni bastiment tal-Qawwa Navali Tuneżina ħabted ġi dgħajsa bl-immigranti. Il-Forzi Tuneżin ġabru 38 persuna minn ġol-baħar bi 8 minnhom kienu mejtin. Flimkien mal-Frozi Tuneżin fuq il-post hemm il-Qawwa Navali Taljana li qed tassisti din l-operazzjoni li qed titmexxa mill-Forzi Armati Maltin.