Il-Knisja Arċipretali taż-Żejtun sfat fil-mira tal-ħallelin il-bieraħ filgħaxija. Fejn huwa mifhum li nsterqu ammont ta’ flus kontanti minn kaxxi tad-donazzjonijiet, xi biċċiet tad-dehem u xi statwi żagħar.
Is-serqa saret għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija tal-bieraħ u jidher lill-ħallelin użaw l-iscaffolding fil-ġenb tal-knisja biex daħlu mill-kampnar. Din is-serqa kienet it-tielet waħda minn ġo knisja minn Lulju l’ hawn, dan wara li f’ Lulju li għadda seħħet serqa mill-Knisja ta’ Bormla li fiha nsterqu ammont ta’ oġetti sagri filwaqt li f’ Settembru saret serqa mill-Knisja ta’ Raħal Ġdid u li fiha nsterqu ammont ta’ flus kontanti.