Aktar tnaqqis ta’ taxxi għal kull min jaħdem – One News

Notifiki

Aktar tnaqqis ta’ taxxi għal kull min jaħdem

F’Baġit fejn ma tħabbret l-ebda taxxa ġdida, il-kumpens għaż-żieda għall-għoli tal-ħajja s-sena d-dieħla se jkun ta’ ewro u ħamsa u sebgħin ċenteżmu fil-ġimgħa.

Din iż-żieda se tingħata lill-impjegati, lill-pensjonanti u lil dawk kollha li qegħdin fuq il-benefiċċji soċjali. Bħalma sar fl-aħħar snin, l-istudenti se jkunu qegħdin jerġgħu jieħdu din iż-żieda pro rata fl-istipendju.
Wara l-qbil storiku li ntlaħaq ftit tax-xhur ilu bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali, dawk li jkun għamlu sena f’impjieg b’paga minima se jingħataw ukoll żieda ta’ tliet ewro fil-ġimgħa (€3 fil-ġimgħa) fil-paga tul it-tieni sena fl-impjieg.
L-istess ħaddiema se jingħataw tliet ewro oħra fil-ġimgħa fit-tielet sena tal-istess impjieg. Ħaddiema li jaqilgħu aktar mill-paga minima xorta se jingħataw parti miż-żidiet fit-tieni u t-tielet sena tal-impjieg waqt li l-kumpens għall-għoli tal-ħajja fuq il-paga minima tiżdied b’ewro fil-ġimgħa fis-sentejn li ġejjin.

Matul is-sena id-dieħla l-Gvern se jibda jwettaq ukoll il-wegħda elettorali tiegħu li jkompli jnaqqas it-taxxa fuq ix-xogħol. Dan it-tnaqqis ta’ għaxra punt sitt miljun ewro f’taxxi se jibbenefikaw minnhom ftit anqas minn mitejn elf ħaddiem.

Dan ifisser li kull min jaħdem u jaqla’ anqas minn sittin elf ewro fis-sena se jibbenefika minn tnaqqis fit-taxxa b’ċekk ta’ bejn erbgħin u tmienja u sittin ewro  fis-sena.

Hekk kif imwiegħed, iddaħħal il-prinċipju li anke dawk il-ħaddiema li ma jħallsux taxxa jibbenefikaw u għalhekk anke huma se jkunu qed jirċievu ċ-ċekk id-dar. Fil-fatt dawk bl-inqas dħul se jingħataw il-massimu ta’ din l-għotja

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend