Mwaqqfa l-Fondazzjoni Emanuele għar-Riċerka tal-Kanċer – One News

Notifiki

Mwaqqfa l-Fondazzjoni Emanuele għar-Riċerka tal-Kanċer

Din il-Fondazzjoni hija pass importanti għall-istrateġija nazzjonali għar-riduzzjoni tal-piż tal-marda tal-kanċer.

Il-Fondazzjoni l-ġdida twaqfet sabiex tnaqqas l-impatt tal-marda tal-kanċer fuq il-poplu Malti, r-reġjun Mediterran kif ukoll fuq livell globali billi tipromwovi u tgħati sapport lir-riċerka fuq il-kanċer, l-iżvilupp u l-edukazzjoni.

Il-Fondazzjoni Emanuele għar-Riċerka tal-Kanċer twaqfet mill- President’s Trust, il- Fondazione Terzo Pilastro, Italia e Mediterraneo, u l-Università ta’ Malta.

ECRFM se tkun qed tiffaċilita r-rikera t’eċċellenza dwar il-kanċer u tikkollabora ma diversi dixxiplini xjentifiċi, kliniċi u psikoloġiċi. Se tkun fuq quddiem ta’ riċerki multi dixxiplinari u strumentali fl-introduzzjoni ta’ provi kliniċi tal-kanċer. Se tkun qed tiprovdi wkoll informazzjoni u edukazzjoni fuq il-kanċer lill-pubbliku u lir-rappreżentanti tagħha. Permezz ta’ kollaborazzjoni fuq riċerka internazzjonali, il-fondazzjoni se tkun f’pożizzjoni li titrasforma lilha nnifisha f’ċentru reġjonali għar-riċerka tal-kanċer fil-Mediterran.

Il-fondazzjoni se tkun akkomodata fil- Biomedical Sciences Building fl-Università ta’ Malta u qed tingħata s-sapport finanzjarju tal- Fondazione Terzo Pilastro, Italia e Mediterraneo. 

Il-President ta’ Malta qalet li din il-fondazzjoni se tkun qed tiprovdi riċerka, żvilupp u edukazzjoni tant neċessarja dwar il-kanċer għall-benefiċċju tal-individwi, l-familji, l-komunitajiet u s-soċjetajiet fil-gżejjer Maltin u fir-reġjun Mediterran.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend