Tiftaħ is-sitt dar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità – One News

Notifiki

Tiftaħ is-sitt dar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità

B’investiment ta’ €76,311 infetħet – Ave Maria fil-Marsa – l-ewwel dar fil-komunità għall- Persuni b’Diżabilità li qed tinfetaħ matul din il-Leġislatura u s-sitt dar Residenzjali li qiegħed jiftaħ dan il-Gvern. Din id-dar hija attrezzata biex jgħixu fiha tliet adulti b’diżabilità.

Minkejja li l-bżonnijiet ta’ dawn il-persuni huma varji, ir-residenti ser jingħataw għajnuna sabiex jgħixu l-ħajja ta’ kuljum, u jintegraw fil-komunità. B’dawn id-djar għandhom l-għan li joffru serħan il-moħħ lil qraba tagħhom.

Total ta’ 20 persuna se jkunu qed jagħtu s-servizz tagħhom f’din ir-residenza, fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum biex jgħinu lil dawk il-persuni b’diżabilità jkunu iktar indipendenti.

 

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis qal li l-Gvern jemmen bi sħiħ li kull persuna għandha tħossha parti integrali mill-komunità. Huwa żied jgħid li fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jinfetħu aktar djar.

“Nħares lejn il-futur qarib b’ottimiżmu sabiex tinfetaħ dar f’Pembroke u dar oħra f’Ħaż-Żabbar, għaddejjin ukoll diskussjonijiet biex niftħu aktar djar fil-komunità u mhux inqas servizzi varji biex niffaċilitaw il-ħajja tal-Persuni b’dizabilità u l-familjari tagħhom u anki lill-ħaddiema li jaħdmu b’tant dedikazzjoni f’dan is-settur.”
B’din id-dar fil-komunità se tkun qed tiżdied fil-lista ta’ sitt idjar oħra li saru f’Malta u Għawdex.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend