Raġel ta’ 33 sena għadu kif ġie salvat mill-bajja ta’ Għajn Tuffieħa.
Minn informazzjoni li għandu one.com.mt ir-raġel sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum. Hu kellu jiġi assistit mill-lifeguards tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar fejn tellawh mill-ilma u pprovdewlu l-ewwel għajnuna.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditu l-isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tal-vittma għadha mhux magħrufa.