Li tagħmel ix-xiri, xogħol fil-ġnien jew tuża l-vacuum cleaner, jistgħu jgħinu lill-anzjani jgħixu ħajja aktar b’saħħitha għal żmien itwal, skont awtorita’ tal-fiżjoterapisti ġewwa l-Ingilterra.
Huma javżaw li miljuni ta’ persuni kbar fl-età jirriskjaw li jaqgħu aktar spiss minħabba li jonqsu milli jagħtu kas saħħithom.
Il-fiżjoterapisti qalu li wisq ftit nies jirrealizzaw kemm hi importanti l-ħtieġa li tinżamm is-saħħa hekk kif nibdew inżidu fl-eta’.
Il-linji gwida maħruġa mill-istess awtorita’ jissuġġerixxu li n-nies jagħmlu żewġ sessjonijiet ta’ tisħiħ fil-ġimgħa, bħal pereżempju eżerċizzju b’piżijiet, jew irfigħ u ġarr ta’ xi piżijiet bħall-merċa.