“Irrid li uliedi meta jiġu biex jimxu ‘l quddiem f’ħajjithom mingħajr ma jkollhom ostakli għax huma bniet. Bħala missier m’hu se naċċetta qatt li f’dan il-pajjiż ikollna sistema fejn mara jkollha ostakli li aħna l-irġiel ma narawx.”
Kien dan li ddikjara l-Prim Ministru proprju ftit tal-ġimgħat wara r-rebħa elettorali. Fid-diskors tal-Konferenza Ġenerali, il-Partit Laburista mexa mill-idea għall-implimentazzjoni però mhux qabel li fl-eqqel tas-sajf żviluppa din l-idea LEAD u dwar x’tikkonsisti, saret konsultazzjoni ma’ dawk kollha interessati permezz ta’ Facebook LIVE, tnieda wkoll is-sit u l-ħidma kompliet.
Applikaw 85 mara li kienu intervista minn bord tal-għażla mmexxi mis-Segretarju tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Lydia Abela.
Bil-kwalità li kellu l-bord tal-għażla, ħa deċiżjoni fejn minn 85 li applikaw inżammu 70 biex b’hekk l-ewwel edizzjoni ta’ LEAD tinqasam fi tnejn.
Dan hu biss l-ewwel aġġornament ta’ wara s-sajf. Sajf li għal ħafna kien ta’ mistrieħ iżda mhux għal dawk li kienu l-moħħ wara dan il-programm