Azzjoni t’infurzar f’Wied Bibli – One News

Notifiki

Azzjoni t’infurzar f’Wied Bibli

Għat-tieni darba d-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar ħa azzjoni diretta f’ żona  karatterizata minn art agrikola u li tgawdi diversi livelli ta’ konservazjoni ta’ importanza nazzjonali, fostom  ekoloġiku,  xentifiku u rurali.

Iż-żona fejn qed issir din l-operazjoni tinsab f’ Wied tal-Bibli fil-limiti tas-Siġġiewi.  Dan is-sit jifforma parti mix-xibka ta’ widien  li tispiċċa f’ Wied Qirda. Din iż-żona fiha madwar 25,000 metru kwadru fejn sid l-art tefa’ materjal inert kif ukoll kien qed jinħażen  materjal tal-kostruzzjoni.

Il-każ beda fl-2001 fejn kien inħareġ avviz ta’ nfurzar, u avviż ieħor fl-2005, bl-individwu jitfa’ diversi applikazjonijiet biex jittenta jissana l-iżvilupp illegali.

Wara li l-proċessi kollha tal-Ippjanar ġew eżawriti, f’ Novembru tal-2016 id-Direttorat tal-Infurzar kien aċċeda fuq is-sit u ħa azjoni diretta biex ineħħi l-illegalitajiet hu stess.  Ġara li fuq is-sit reġa  beda jiġi depożitat il-materjal  u għalhekk l-Awtorità reġat intervjeniet hi biex tiripristina s-sit.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend