Il-Qorti ordnat lil Meir Assouline iħallas is-somma ta’ tnejn u għoxrin elf ewro wara inċident tat-traffiku f’San Ġwann waqt li ma kienx kopert b’polza tal-assigurazzjoni.
L-inċident seħħ f’April ta’ tliet sn ilu meta l-karozza li kien qed isuq Assouline baqgħet dieħla f’vettura tat-tip Mercedes misjuqa minn Joseph Azzopardi. Sussegwentament dan ikkawżalu xejn inqas minn tnejn u għoxrin elf ewro fi ħsarat.
Fid-deċiżjoni tagħha l-qorti waqqgħet l-argumenti kollha miġjuba minn Assouline u ddikjarat li għandu jħallas l-ispejjeż kollha relatati mal-inċident bl- imgħax mis-sena elfejn u erbagħtax sal-lum.