Id-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone li fl-aħħar xhur ħadem qatigħ biex jara lil Adrian Delia bħala kap tal-Partit Nazzjonalista ddikjara li l-ex kap tal-partit Simon Busuttil jirriżenja mill-Parlament.
Schiavone kien ir-raba’ wieħed li vvota favur li Busuttil iċedi s-siġġu tiegħu lil Adrian Delia fi stħarriġ li ttella’ fuq il-portal tal-Knisja jistaqsi jekk l-ex kap kellu jċedi postu lil Delia.
Meta mistoqsi dwar il-vot tiegħu, Schiavone qal li ma kinitx idea tajba li Simon Busuttil jibqa’ jokkupa s-siġġu parlamentari u li kien ikun aktar għaqli li jagħti spazju għall-kap il-ġdid.
Saħansitra ddikjara li meta rriżenja minn Kap tal-partit nazzjonalsita, Busuttil kellu jirriżenja wkoll mill-Parlament.
Tal-istess fehma kien id-deputat Nazzjonalista Mario Galea li fil-bidu tal-kampanja għall-kap tal-Partit Nazzjonalista ddikjara li Busuttil ma kellux iżomm is-siġġu parlamentari. Huwa kien sostna li għalkemm għandu d-dritt jibqa’, għandu jitlaq mill-Parlament ladarba ddeċieda li jirriżenja. (Mario Galea)
“Mhux jibqa’ fid-dell tal-Kap il-ġdid ikun min ikun,” kiteb Mario Galea li fakkar kif Lawrence Gonzi ta’ ġentlom li hu meta ddeċieda li jirreżenja minn Kap tal-Partit wara it-telfa tal-2013 ċeda mill-ewwel is-siġġu Parlamentari.
Mario Galea żied jgħid li l-Grupp Parlamentari taħt il-kap “il-ġdid ma jistax jibqa’ rubber stamp kif sfortunatament ħafna drabi spiċċa taħt Simon Busuttil.”
Qal li l-Kap il-ġdid irid jisma’ lill-grupp imbagħad jitkellem hu.
“Il-Grupp Parlamentari m’għandhux jiġi biex jiddiskutti issue meta l-partit ikun diġà ħa pozizzjoni pubblika dwarha,” kiteb Mario Galea li kien ddeskriva lil Simon Busuttil bħala awtoritarju.
Min-naħa tiegħu l-ex Kap Nazzjonalista baqa’ jirriżisti s-sejħiet li sarulu biex jirriżenja minn membru parlamentari tant li anke meta ġie nnominat mill-Parlament Ewropew biex iservi bħala membru ta’ kumitat, huwa ħareġ stqarrija biex jgħid li dawk li jriduh iwarrab li kien se jibqa’ membru parlamentari.