AĠĠORNAT: Jean Pierre Debono jinqabad bi prokuri foloz – isostnu li l-elezzjoni kellha titwaqqaf

Rapport intern tal-kummijsoni elettorali tal-PN żvelat mill-Maltatoday kixef li Jean Pierre Debono ffalsifika firem tat-tesserati fi prokuri foloz. Dan sar sabiex ikun jista’ jiġbor id-dokumenti tal- vot tagħhom hu.

Debono nqabad meta tesserat mar id-dar ċentrali biex jiġbor id-dokument tal-vot tiegħu u skopra li Debono kien preżenta prokura ffirmata sabiex ikun jista’ jiġbor il-vot f’ismu. Meta ra il-prokura t-tesserat sostna li dik ma kinitx il-firma tiegħu.

Wara investigazzjoni mmexxija mill-kummisjoni elettorali instab li Debono kien preżenta tmien prokuri oħra f’ismu. Kien hemm ukoll prokura oħra li meta mar biha skopra li d-dokument tal-vot kien inġabar qabel. Debono kkonferma dan kollu imma sostna li kull dokumenti kollha li kien ġabar għaddihom mal-ewwel lill-kumitati rispettivi. Din l-azzjoni ġiet ikkundananta wkoll hekk kif il-prattika normali kienet li l-voti miġbura għandhom jingħataw direttament lit-tesserati.

Debono, li huwa wkoll l-assistent Segretarju Ġenerali tal-Partit ġie mistoqsi dwar ittra mibgħuta lit-tesserati kollha li daħlu membri din is-sena u li fiha kien hemm miktub li huma kienu eliġibbli biex jivvutaw. Din l-ittra qajmet diżgwit kbir fost it-tesserati hekk kif meta marru biex jiġbru d-dokument tal-vot tagħhom l-kummisjoni elettorali qaltilhom li ma kellhomx vot. Minkejja li ammetta li din l-ittra ħawwdet lin-nies, Debono ddefenda dan billi qal li kienet prassi normali.

Wieħed mil-konklużjonijiet tar-rapport iddeplora l-azzjonijiet ta’ Debono hekk kif fl-ebda mument ma tkellem mal-kummisjoni elettorali u li kieku ma nqalax l-imsemmi inċident din il-ħadma minn uffiċjal għoli tal-partit kienet se tinżamm mistura.

Il-kummisjoni elettorali għalqet billi ikkundannat lil Debono talli uża prattiċi li jmorru kontra proċeduri stabbiliti mil-kummisjoni u talli ffalsifika firem sabiex jinġabru dokumenti tal-vot bi prattiċi elettorali illeċiti.

L-elezzjoni kellha titwaqqaf

Intant Sorsi fi ħdan il-Partit Nazzjonalistia qalu li għandu jiskatta proċess biex tittieħed azzjoni kontra Jean Pierre Debono minħabbda dak li dak li għamel huwa abbuz mill-kariga tiegħu bħala assistent segretarju ġenerali.

“Dak li għamel Jean Pierre Debono u dak li qed issostni l-Kummissjoni Elettorali kellu jwaqqaf immedjatament il-proċess elettorali għall-ħatra ta’ kap minħabba li kien qed jiġi mbagħbas”, qalu sorsi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

 

  

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend