Gruppi tas-salvataġġ għaddejjin b’ħidma kontra l-ħin biex jilħqu persuni li setgħu salvaw iżda għadhom maqbudin taħt it-tiġrif ta’ skola f’Mexico City. Skola li ġġarrfet kawża tat-terremot li seħħ fil-jum tat-Tlieta.
Uffiċjali qalu lil BBC li waħda minnhom, li għandha tlettax-il sena, qed tistkenn taħt mejda.
Minn tal-inqas wieħed u għoxrin tifel u tifla u ħames adulti mietu meta l-iskola primarja ġġarfet, filwaqt li ħafna oħrajn għadhom nieqsa.
Din l-iskola kien waħda minn għexieren ta’ binjiet li ġġarfu minħabba t-terremot. S’issa ġew ikkonfermati mejta mitejn u tletin persuna.