Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza qed tipparteċipa fis-summit ta’ progress globali, avveniment annwali li jgħaqqad flimkien politiċi u ħassieba progressivi minn madwar id-dinja f’Montreal fil-Kanada.
Hija kienet waħda mill-membri tal-panels fis-sessjoni plenarja tas-summit.
Fost il-kwistjonijiet li tkellmu dwarhom kien hemm l-inugwaljanza ekonomika, il-biżgħat li qed jiżdiedu dwar l-impatt tat-teknoloġija fuq l-ekonomiji u d-demokraziji tal-ġejjieni, iż-żieda tal-politika tossika tal-identità u d-diviżjoni, il-qawmien mill-ġdid ta’ reġim awtoritarji u l-ħtieġa għal soluzzjonijiet progressivi għall-aktar sfidi urġenti tas-soċjetà.
Il-ministru Dalli tkellmet dwar l-importanza li wieħed jisma‘ t-tħassib tan-nies u jaġixxi fuqhom sabiex jindirizza r-reazzjoni kontra l-progressivita’ fil-livell lokali, nazzjonali u globali.
Hi enfasizzat ukoll l-importanza tal-aspett soċjoloġiku flimkien mal-prijoritajiet ekonomiċi fl-iżvilupp tal-politika tagħna.
Il-Prim Ministru Kanadiż, Justin Trudeau li fetaħ l-avveniment il-Ġimgħa wkoll tkellem dwar il-ħtieġa li ma nibqgħux nħaddnu politika diviżiva u ta’ biża’.
Barra minn hekk, il-ministru Helena Dalli kellha wkoll għadd ta’ laqgħat bilaterali ma’ ministri progressivi fosthom is-Sottosegretarju Tal