Il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Wayne Hewitt ħabbar li mhux se jkun qiegħed jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni li jmiss tal-Kunsilli Lokali ta’ sentejn oħra.
Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, is-Sur Hewitt qal li se jkompli fil-kariga ta’ Minority Leader tal-Kunsill Lokali tal-Gżira sal-aħħar tal-leġislatura, li qal li tellgħuh bl-ikbar ammont ta’ voti fil-Gżira.
Waqt li ta ħajr lill-ex kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u lillkandidat għall-kap Chris Said li tliet snini talbuh jikkontesta għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tal-Gżira, huwa qal li mhux konvint bit-tmexxija tal-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrin Delia.
“Sfortunatament nibqa miniex konvint bit-tmexxija l-ġdida tal-Partit Nazzjonalista u l-insulti, il-gideb kollha orkestrati mit-tmexxija l-ġdida mhux se jintesew malajr”, qal is-Sur Hewitt.
Huwa zied jgħid fil-ġranet, il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se nkun qed jevalwa l-ġejjieni tiegħu bħala membru tal-Partit Nazzjonalista.