Kienu bosta persuni li dalgħodu ħarġu jimxu fit-toroq tal-Marsa f'”mixja ta’ solidarjetà” sabiex iwasslu l-ħsibijiet tagħhom anke jekk għall-istess protesta kienu tmien Kunsilli Lokali li ħabbru li mhux se jkunu qed jieħdu sehem. Dan hekk kif permezz ta’ stqarrija kienu sostnew li din spiċċat inħatfet minn attivisit tal-lemin estrem.
Kienu bosta nies li sostnew li jinsabu preżenti għal din il-protesta biex isemmgħu leħinhom dwar kif il-lokalità tagħhom inbidlet tant li wħud minnhom jibżgħu joħorġu jimxu wara s-18:00 ta’ filgħaxija.
Fost dawk preżenti għal din il-mixja kien hemm il-mexxej tal-Moviment Patrijotti Maltin Henry Battistino u kif ukoll Normal Lowell.