Tefgħu ġo lqugħ bil-mutur u baqa’ għaddej fi Triq il-Kosta – One News

Notifiki

Tefgħu ġo lqugħ bil-mutur u baqa’ għaddej fi Triq il-Kosta

Sewwieq ta’ mutur ta’ nazzjonalità Taljana kiser idu u ġarrab ġrieħi oħra wara li allegatament kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta fin-Naxxar ma’ vettura li baqgħet sejra. 

Il-każ qed jiġi rrapportat fuq sit Taljan fejn l-istess sit qed jallega li kien is-sewwieq ta’ vettura sportiva ta’ lewn iswed li kkawżat l-inċident għax allegatament ħariġlu f’nofs it-triq bil-konsegwenza li s-sewwieq tal-mutur tilef il-kontroll u tkaxkar għal diversi metri sakemm waqaf f’ilqugħ tal-ħadid.

Ir-rapport jgħid li s-sewwieq tal-mutur ġarrab bosta ġrieħi, fosthom kiser idu.

Ritratti, li skont is-sit bagħthomlom qarrej minn tagħhom, juri l-mutur fl-art f’ġenb tat-triq – ritratti li ttieħdu ftit wara li seħħ l-inċident.

Intant meta one.com.mt tkellem mal-Pulizija, qalu li huma mgħandhom ebda rapporti dwar dan il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend