Tkompli tiżdied it-tensjoni wara li l-Korea ta’ Fuq tispara missila oħra – One News

Notifiki

Tkompli tiżdied it-tensjoni wara li l-Korea ta’ Fuq tispara missila oħra

Il-Korea ta’ Fuq sparata missila li għaddiet minn fuq il-Ġappun, fejn ħolqot tensjoni akbar fir-reġjun wara l-prova ta’ bomba nukleari li saret inqas minn ġimgħatejn ilu. 

Il-missila, għalkemm kien hemm biża’ li setgħet tolqot l-art, niżlet fil-baħar ftit il-bogħod minn Hokkaido, fil-Korea ta’ Isfel.

Il-Prim Ministru Ġappuniż, Shinzo Abe sostna li l-pajjiż tiegħu mhux se jkun qed jittollera din it-tip ta’ azzjoni li hu perikoluża u li qed tipprova tipprovoka.

Il-Korea ta’ Isfel irrispondiet għal dan l-att ftit minuti wara billi sparat żewġ missili fil-baħar bħala prova għal fuq il-Korea’ ta’ Fuq.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend