L-Ambaxxatriċi Amerikana f’Malta Kathleen Hill inawgurat esebizzjoni bil-għan li tqajjem iżjed kuxjenza dwar il-ħsara li tiġri meta narmu l-plastik fil-baħar.
Innutat li 10 miljun tunellata ta’ plastik jintefa’ fl-ibħra fis-sena u li dan in-numru se jkompli jiżdied. Dan il-plastik jispiċċa fl-intern tal-ħut li jaħsbuh ikel għalihom.
Il-kimiċi ħżiena tiegħu jispiċċaw fil-ħut u għalhekk il-bniedem jispiċċa jiekol ħut b’tossiċi tal-platisk.
Din l-esebizzjoni ttellgħet bħala preparazzjoni għall-konferenza ‘Our Ocean’ li se titella’ f’pajjiżna x- xahar id-dieħel u li se jattendi għalija l-Prinċep ta’ Wales fiż-żjara tiegħu f’pajjiżna.