Malta bl-inqas djar ‘single’, jonqsu l-persuni għal kull dar – One News

Notifiki

Malta bl-inqas djar ‘single’, jonqsu l-persuni għal kull dar

Is-sena li għaddiet Malta kellha l-inqas numru ta’ djar li fihom kienu joqogħdu persuni single. Dan b’rata ta’ 20%. L-Iżvezja hul-pajjiż fejn hemm l-iktar djar b’persuna waħda fihom b’rata li saħansitra tisboq il-50%. Bil-medja Ewropea hi dik ta’ ftit iktarminn 30%.

Skont il-Eurostat Malta għad għandha fost l-ikbar ammonti ta’ persuni jgħixu għal kull dar għalkemm bejn l-2006 u l-2016 dawn naqsu. Filwaqt li fl-2006 kellna ftit iktar minn 3 persuni għal kull dar dawn niżlu għal medja ta’ 2.7 persuni għal kull dar. Malta qed taqbad ix-xejra ta’ pajjiżi oħra fl-Ewropa, anke jekk f’dan il-każ b’mod iktar kajman.

F’perjodu ta’ deċennju d-djar b’persuna adulta waħedha u bit-tfal żdiedu minn 2% għal 3.1%. Żdiedu minn 13.1% għal 20.2% id-djar b’adulti waħedhom u mingħajr ulied u naqsu minn 29.4% għal 23.1% il-koppji bit-tfal. Żdiedu minn 18.5% għal 20.7% l-koppji bit-tfal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend