Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument bejn tliet persuni.
Il-każ seħħ fit-tlieta tas-Sibt filgħodu fi Triq il-Korp tal-Pijunieri f’San Pawl il-Baħar.
Malli l-Pulizija waslu fuq il-post, sabu raġel mixħut mal-art, filwaqt li anke kellu d-dmija. Irriżulta li huwa kien attakat minn arma ppuntata.
Fuq il-post issejħet ambulanza, li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li għaddejja t-tfittxija għal raġel li għandu madwar ħamsin sena.