Il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Marija Bambina fin-Naxxar se ssir għada – One News

Notifiki

Il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Marija Bambina fin-Naxxar se ssir għada

Hekk kif in-Naxxarin kienu ferm iddiżappuntati wara li t-temp tal-lum ħassrilhom il-purċissjoni, il-Parroċċa ta’ Santa Marija Bambina tan-Naxxar ħabbret li għada l-festa se tkun kompluta kif sippost.

Dan hekk kif se jkun hemm quddiesa fil-17:00 u fis-18:00 u kif ukoll purċissjoni bil-Bambina kif tant kien mistenni.

Kienu bosta dilettanti li wara li ntebħu minn dalgħodu bit-temp li kien riesaq lejn il-gżejjer Maltin, bdew iżarmaw siversi affarijiet mill-armar – dejjem bit-tama li f’xi ħin it-temp jiġi bnazzi sabiex ikomplu biċ-ċelebrazzjonijiet.

Il-purċissjoni bil-Marija Bambina se tkun qed issir għada fis-19:00 ta’ filgħaxija bir-rotta tkun kif inhu ġej; Labour Avenue,   21st September Avenue, Żenqa, Santa Luċija għal Misraħ ir-Rebħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend