AĠĠORNAT: Jinżammu arrestati ġenituri mixlija li ħadu 70 ritratt ‘maħmuġ’ ta’ wliedhom – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Jinżammu arrestati ġenituri mixlija li ħadu 70 ritratt ‘maħmuġ’ ta’ wliedhom

  • Tul is-smigħ tal-kawża, l-akkużata żammet f’idejha ritratt tat-tfal

Missier u omm tressqu l-Qorti f’żewġ każi separati, wara li nstabu fil-pussess tagħhom aktar minn 70 ritratt u filmati indiċenti ta’ wliedhom. It-tfal għandhom tliet snin u nofs u sena u nofs rispettivament.

Fost oħrajn ir-ritratti u l-filmati kienu jinkludu xeni tat-tfal jmissu l-partijiet privati ta’ missierhom li għandu 33 sena u xeni oħra li fihom il-ġenituri jidhru jinħaslu ma’ wliedhom. Kienu jinkludu ukoll ritratti u filmati oħra indiċenti li ttieħdu fir-residenza tagħhom.

Meta sejħet il-kawża deher l-imputat assistit li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-missier qed jiġi akkużat li kkorrompa lil uliedu billi ħa ‘l fuq minn 70 ritratt u filmati indiċenti magħhom, liema ritratti fil-maġġoranza tagħhom allegatament juru l-imputat u t-tfal jinħaslu flimkien għarwenin fid-dar u jmissulu l-partijiet tiegħu.Fuq l-istess akkużi f’każ separat tressqet ukoll il-mara li allegatament ġibdet dawn ir-ritratti. Billi l-imputata ma tifhimx il-lingwa Maltija il-Qorti innominat interpretu.
It-tnejn wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom u talbu l-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni opponiet minħabba n-natura u l-gravità tar-reati u qalet li għadu wisq bikri u x-xhieda pajsana li għadhom iridu jixhdu inkluż wieħed mill-minuri. Il-Prosekuzzjoni opponiet ukoll minħabba biża li l-provi jiġu mbagħbsa dan hekk kif se jixhdu  l-kollegi tal-mara u l-persuna li żviluppa r-ritratti. Opponiet ukoll il-fatt li l-imputata m’għandiex rabtiet oħra ma’ Malta barra t-tfal.
Qorti f’dan l-istadju fir-rigward tan-natura gravi tar-reati u minħabba li hemm xhieda pajsana fosthom il-minuri, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti idderiġiet lill-prosekuzzjoni sabiex fl-ewwel seduta tressaq sabiex jixhdu ix-xhieda. Peress li il-minuri huma bin l-imputati il-Qorti ordnat li l-ismijiet  tal-imputati u l-minuri kif ukoll il-lokalità fejn jirrisjedu m’għandhomx jiġu ppubblikati.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend