Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei wara li kmieni dalgħodu tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu fi Triq Ħal Qormi f’Ħal Luqa meta għal xi raġuni mhux magħrufa s-sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 25 sena residenti Ħal Luqa, tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Honda.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessajra.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.