Il-ħaddiema għandhom ikunu infurmati dwar iċċekjar ta’ imejls minn min iħaddem – il-Qorti Ewropea – One News

Notifiki

Il-ħaddiema għandhom ikunu infurmati dwar iċċekjar ta’ imejls minn min iħaddem – il-Qorti Ewropea

Kumpaniji li jħaddmu nies magħhom għandhom jagħmlu ċert li l-ħaddiema tagħhom ikunu mgħarrfa jekk isir xi moniteraġġ fis-sistema tal-emejls tax-xogħol. Huwa propju dan dak li dalgħodu ġie deċiż fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Fil-każ ta’ raġel mkeċċi mill-post tax-xogħol tiegħu 10 snin ilu minħabba l-użu ta’ kont ta’ messaġġi tax-xogħol biex jikkomunika mal-familja tiegħu, l-iImħallfin sabu li l-Qrati Rumeni kienu naqsu milli jipproteġu l-korrispondenza privata ta’ Bogdan Barbulescu minħabba li l-kumpanija tiegħu ma kinitx avżat minn qabel li kienet qed timmonitorja il-komunikazzjonijiet tiegħu.

Il-kumpanija kienet ippreżentat lill-eks-ħaddiem tagħha kopji stampati tal-messaġġi privati mibgħuta lil ħuh u l-għarusa tiegħu fuq Yahoo Messenger bħala evidenza tal-ksur tiegħu ta’ ‘projbizzjoni tal-kumpanija’ fuq użu personali bħal dan.

Il-Qorti Ewropea fi Strasburgu ddeċidiet b’maġġoranza ta’ 11 kontra 6 li  meta f’dan il-każ l-imħallfin Rumeni  għażlu li jappoġġaw lil min iħaddem, naqsu milli jipproteġu d-dritt ta’ Barbulescu għall-ħajja privata u korrispondenza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend