“Nittama li min jintagħżel bħala Kap tal-PN ibiddel l-attitudni negattiva ta’ Simon Busuttil” – JM – One News

Notifiki

“Nittama li min jintagħżel bħala Kap tal-PN ibiddel l-attitudni negattiva ta’ Simon Busuttil” – JM

Mhux se nkun qed nikkumenta fuq l-għażla tal-Kap, jien bħala Prim Ministru lest li naħdem ma’ kullħadd, iżda nittama li min jingħażel, ibiddel l-attitudni negattiva ta’ Simon Busuttil li prova jkisser kemm f’Malta u jagħmel il-bsaten fir-rotti kontra pajjiżu stess barra minn Malta.

Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat f’intervent telefoniku fuq ONE Radio.

Il-Mexxej Laburista spjega li ħafna mill-kummenti li ra kienu jgħidu li mill-4 kontestanti għall-kariga ta’ Kap li kien hemm, ma kienx hemm minn fejn tagħżel minnhom. Dan jagħmilni kburi bil-moviment tagħna, saħaq Dr Muscat. Għal kull elezzjoni li kellna fil-Partit Laburista l-ilment liem ikun lil min ser tagħżel. Bizzejjed tħares lejn l-aħħar elezzjoni għal Deputat Prim Ministru, bit-tliet kandidati jkunu Edward Scicluna, Chris Fearne u Helena Dalli. Dawn it-tliet persuni huma kollha kemm huma superjuri għal kull nomina li hemm għal Kap tal-PN, qal Joseph Muscat.

Il-Prim Ministru tenna lin-nies jieħdu pjaċir jaraw it-telenovelli tal-Partiti iżda n-nies jinteressabom mill-ħolqien tax-xogħol, u mil-livell tal-għajxien. Li rridu nagħmlu huwa li ma ninjorawx il-problemi bħal ħtieġa ta’ infrastruttura, l-immanġjar tal-iskart, il-kera u rridu naraw kif inkomplu nitrasformw is-soċjetà tagħna.

Dr Muscat fakkar kif il-Ġimgħa li għadda kienet l-ewwel ġurnata li fihom żewġ min-nies tal-istess sess setgħu jiżżewwġu. It-trasformazzjoni fis-soċjetà mhux se tieqaf hawn iżda se naħdmu biex ikun hemm ugwaljanza bejn nisa u rġiel fil-Parlament, sostna l-Mexxej Laburista filwaqt li għamel referenza għall-programm LEAD li nieda l-Partit Laburista.

In-nies jipurathom mix-xogħol u l-livell tal-għajxien, temm jgħid Joseph Muscat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend