Żjara lil korsijiet ta’ Robotica Nation fil-Kunsilli Lokali – One News

Notifiki

Żjara lil korsijiet ta’ Robotica Nation fil-Kunsilli Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis żar żewġ kunsilli lokali li fihom qed jiġu offruti korsijiet bl-isem Robotica Nation lit-tfal. Iż-żjara saret fil-kunsilli lokali tal-Mellieħa u ta’ Ħaż-Żabbar u hu ltaqa’ mas-sindki, il-kunsilliera u t-tfal li qed jagħmlu l-korsijiet ta’ Robotica Nation biex jara l-progress li qed isir.

Waqt li indirizza lis-sindki u l-kunsillieri, is-Segretarju Parlamentari Parnis stqarr li l-kunsilli lokali qegħdin joffru aktar servizzi liċ-ċittadini tagħhom u dan jawgura tajjeb għaliex ifisser li l-kunsilli qegħdin jifhmu r-rwol tagħhom bħala dik l-awtorità li hija l-eqreb lejn iċ-ċittadin.

Bis-saħħa ta’ ftehim li l-kunsilli lokali għandhom ma’ diversi entitajiet, fosthom mat-TCTC, wieħed jinnota li qed jingħata taħriġ anki f’aspetti li jibnu u jiżviluppaw il-karattru u l-ħiliet meħtieġa tal-individwu biex dan ikun kapaċi jadatta ruħu fid-dinja tax-xogħol. Il-korsijiet mogħtija, li huma mmirati għal tfal ta’ bejn il-5 u t-12-il sena, huma korsijiet li jgħinu fl-iżvilupp tal-karattru u l-personalità tat-tfal. Dan billi b’eżerċizzji li mad-daqqa t’għajn jidhru li jkunu sempliċi, wieħed ikun qiegħed jitgħallem kif jaħdem f’team, kif juża l-loġika, u kif ikun dixxiplinat.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend