ll-Kunsilliera għandhom ikunu involuti b’mod dirett fir-riforma tal-Gvern Lokali – One News

Notifiki

ll-Kunsilliera għandhom ikunu involuti b’mod dirett fir-riforma tal-Gvern Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis illum beda sensiela ta’ laqgħat mal-Kunsilli Lokali, bl-ewwel waħda tkun mal-Kunsill Lokali tal-Birgu. Dawn il-laqgħat se jsiru mal-Kunsilli Lokali kollha ta’ Malta u Għawdex.

Waqt il-laqgħa tal-lum, Silvio Parnis qal li jħoss li l-membri tal-Kunsilli Lokali għandhom ikunu involuti b’mod dirett fir-riforma tal-Gvern Lokali u għalhekk beda jistieden lis-sindki u l-kunsilliera ta’ kull lokalità biex jiddiskuti magħhom diversi aspetti importanti, fosthom l-isfidi li jiltaqgħu magħhom ta’ kuljum u l-prijoritajiet li għandhom bħala dik l-awtorità li hija l-aktar qrib iċ-ċittadin.

B’dan il-mod is-Segretarju Parlamentari Parnis ikun jista’ jifhem aħjar il-ħtiġijiet varji li hemm f’kull lokalità u jkompli jsir progress fil-proċess tal-implimentazzjoni tar-riforma fil-Gvern Lokali.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend